Malta

  • Bla dubju, il-wasla tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta fl-1530 ħalliet im-patt soċjali u ekonomiku kbir u fetħet il-bibien beraħ għall-influss kontinwu ta’ ideat, drawwiet u tradizzjonijiet li ħolqu ambjent kożmopolitan. Sa nofs is-seklu sittax, il-moviment umanistiku kien fl-aqwa tiegħu fl-Ewropa, u Malta ma baqgħetx lura. Ewlenin fost dawk li kienu jħaddnu, jgħallmu u jxerrdu dawn l-ideat Riformisti li l-Knisja Kattolika kienet tqis bħala ereżijiet, kien hemm ukoll qassisin bħan-Nutar Don Brandano Caxaro li spicca quddiem it-Tribunal tal-Inkwiżizzjoni. Fl-1563 huwa nstab ħati li xerred ereżijiet u ngħata sentenza li neħħitlu bosta privileġġi fosthom id-dħul kollu mill-benefiċċji ekkleżjastiċi. Huwa ġie mċaħħad ukoll milli jaqdi dmirijietu ta’ qassis u ta’ nutar.

    Mix-xhieda li ngħatat waqt każijiet diversi fit-Tribunal tal-Inkwiżizzjoni joħroġ ċar li fil-laqgħat tagħhom dawn ir-Riformisti kienu jaqraw u jiddiskutu l-Iskrittura Mqaddsa, kif ukoll diversi xogħlijiet ipprojbiti, bħal dawk ta’ Luteru, Melanchthon u Erażmu. Sa mill-aħħar snin tas-seklu ħmistax, il-kotba ta’ Erażmu, speċjalment il-Colloquia jew “Id-Djalogi”, bdew jintużaw bħala kotba ta’ tagħlim u ta’ eżerċizzju għall-istudenti. Sal-1533 kienu ġa ħarġu madwar 12-il ktieb minn din is-sensiela sa-kemm eventwalment telgħu għal madwar ħamsin. Malta wkoll ifformat parti minn dan it-tixrid ta’ ideloġiji ġodda u dan nafuh mid-depożizzjonijiet ta’ diversi xhieda quddiem l-Inkwiżitur li stqarrew li dawn ix-xogħlijiet letterarji pprojbiti kienu jinqraw fl-iskejjel tal-grammatika, kif ukoll kienu jiġu diskussi f’laqgħat sigrieti li kienu jsiru apposta. Kemm dawn l-ideat influwenzaw lil Caxaro nistgħu narawh mill-volumi no-tarili tiegħu fejn xi kultant kien iniżżel xi vers minn dawn il-kotba. Eżempju ta’ dan hu meta, fil-volum notarili tal-1541, f’ġieħ il-posterità niżżel vers mill-ktieb Collo-quia li jgħid: “Amaracus ait abstine sus non tibi spiro”, li jfisser “Il-merqtux jgħid lill-ħanżir, warrab, ma rridx infuħ għalik”.

    Sors: Arkivju Notarili Malta, Nutar Brandano Caxaro, R 175/8, f. 1 (1541)

  • Diversi atti notarili fil-volum tan-Nutar Giacomo Baldacchino nkitbu bejn Mejju u Settembru tal-1565. Dan il-perjodu qasir jaħbat bejn wieħed u ieħor ma’ żmien l-Assedju l-Kbir, meta, fuq ordni tas-Sulejman il-Kbir (li ħakem bejn 1520-1566), flotta kbira tal-Imperu Ottoman attakkat u assedjat lil Malta, li f’dak iż-żmien kienet taħt il-ħakma tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann (li ħakem bejn 1530-1798). Dawn l-atti notarili jagħtu rendikont uniku tal-ġrajjiet tal-ħajja ta’ kuljum ta’ komunità taħt as-sedju li għexet it-tbatijiet. Ta’ interess partikolari hija nota li n-Nutar Baldacchino niżżel fis-7 ta’ Settembru 1565 fejn jirreferi għall-wasla ta’ għajnuna militari minn Sqallija u jagħti dettalji dwar il-qawwiet Musulmani u Nsara. Huwa jżomm nota wkoll tar-reazzjoni tan-nies taħt assedju li kienu fil-belt portwali tal-Birgu meta dawn saru jafu li waslet l-għajnuna minn Sqallija għall-ħelsien ta’ Malta. In-Nutar Baldac-chino jirrakkonta li l-komunità tat “qima lil Alla, filwaqt li qagħdet tfaħħar, tigglorifi-ka u tagħti barka lil Alla, ir-Redentur tagħna, li qatt ma telaqna meta aħna fittixna (l-għajnuna tiegħu), tkanta l-innu ta’ Te Deum Laudamus u tkanta s-Salm In Exitu Israel de Aegypto”. Rakkont ta’ xhieda bħal din huwa eċċezzjonali u rari. It-8 ta’ Settembru hija festa nazzjonali, magħrufa bħala jum il-Vitorja.

    Notarial Archives Malta, Notary Giacomo Baldacchino R 44/8 Part II, 7 September 1565, f. 8.

  • Il-George Cross ingħata lin-nazzjon Malti mill-Maestà Tiegħu r-Re Ġorġ VI fil-15 t’April, 1942 għall-kuraġġ u l-perseveranza li wera matul it-Tieni Gwerra Dinjija. L-att notarili ġie ppubblikat fil-Palazz tal-Gvernatur, il-Belt Valletta, fil-preżenza ta’ Monsinjur Mikiel Gonzi, l-Arċisqof ta’ Malta, fis-7 ta’ Frar 1947. Il-ħajja ta’ kuljum tal-Maltin tħarbtet kompletament matul il-Gwerra; il-Maltin sofrew nuqqas ta’ ikel u l-gżira kienet fil-mira ta’ bumbardament kontinwu tal-qawwiet tal-Assi. Dan il-volum jippreżerva r-rikordju ta’ din il-parti sinifikanti tal-istorja ta’ Malta u tal-poplu Malti.

    Il-volum jinkludi wkoll ir-reġistrazzjoni tal-att notarili magħmul min-Nutar tal-Gvern Dott. Carmelo Farrugia. Il-kuntratt huwa bejn Sir Francis Campbell Ross Douglas, il-Gvernatur u l-Kap Kmandant tal-Gżira ta’ Malta u d-Dipendenzi Tagħha, u Sir George Borg, il-Prim Imħallef tal-Ġustizzja u l-President tal-Qorti tal-Appell tal-Maestà Tiegħu, “fejn ir-Re George VI jixtieq għall-unur kbir u d-distinzjoni tal-Gżira ta’ Malta,” jippermetti li rapreżentazzjoni tal-George Cross proprja titqiegħad fuq canton azure biex tiġi inkorporata għall-Gżira ta’ Malta u d-Dipendenzi Tagħha fuq siġilli, tarki, bnadar jew inkella skont il-liġi tal-armi. Dan il-volum fih atti notarili oħrajn, pereżempju ta’ bejgħ ta’ art, ta’ rikostruzzjoni ta’ bini mwaqqa’, u ta’ pro-viżjoni ta’ ikel u fjuwil, li juru u jippreżervaw il-passat ta’ Malta u l-kultura tal-popolazzjoni tagħha.

    Notarial Archives Malta, Notary Carmelo Farrugia, R 407, 7 February 1947, ff.142-152.

Search for acts from other countries:

Notre site web utilise des cookies. Ils sont principalement destiné à des outils d'analyse et pour vous fournir une meilleur experience utilisateur.